Il-Wirt Tal-Imħabba

Dramm f’att wieħed bil-Malti ta’ Frederick Camilleri
Salvu, huwa ħaddiem tat-tarzna, illum penzjonant. Sitt xhur ilu martu Marija mietet. F’dan il-mument, skopra li Marija kienet qed tiffinanzja bil-moħbi l-vizzju tad-droga ta’ binhom David, u dan wassal għal sentejn kera mhux imħallsa. Ħass ħajtu tikkrolla quddiemu. Mkeċċi minn daru, fejn qatta’ ħajtu kollha, ġie mġiegħel jagħmel wisa’ għall-iżviluppaturi, Salvu jmur jgħix f’garaxx umdu u mhux sigur flimkien man-neputi tiegħu ta’ tmien snin, Zack. Salvu jiġġieled battalja mitlufa kontra sistema li tqis l-imħabba tiegħu bħala “inadegwata” minħabba l-faqar tiegħu. Meta David jisraq l-unika konnessjoni li kellu Zack m’ommu mejta—mowbajl—ir-rabta tal-familja fl-aħħar tinqata’. Id-dramm jilħaq il-quċċata tiegħu f’ultimatum kiefer mingħand social worker: Salvu jrid jagħti lil Zack għall-foster care biex jipprovdilu “ħajja aħjar,” u b’hekk iħalli lil Salvu waħdu fid-dellijiet tal-belt, mbeżża’ u li m’għadux jagħraf.
Produzzjoni ta’ Zararti. Imtella’ mir-Reġjun Port bħala parti mill-Proġett Nexus bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti– 2026
