FESTGĦANA KONKORS X REĠJUN PORT

Kollaborazzjoni bejn Festgħana u r-Reġjun Port

L-għana tal-fatt hu wieħed mill-eqdem forom ta’ espressjoni orali fil-kultura Maltija. Permezz tiegħu, l-għannej iwassal il-ħsieb, l-għerf u l-fatti tal-ħajja ta’ kuljum b’mod maħsub sew, akkumpanjat mill-kitarra. Ir-Reġjun Port, bil-ġrajjiet storiċi tiegħu, ix-xogħol tal-baħar, il-komunitajiet tal-madwar u l-importanza tiegħu għall-gżira, jagħti materjal rikk u xieraq għall-għana tal-fatt. Dan il-konkors għandu l-għan li jħares, iħeġġeġ u jgħaddi ’l quddiem din it-tradizzjoni ħajja lill-ġenerazzjonijiet tal-lum u ta’ għada. 

Il-fatti jintlaqgħu sal-11 ta’ Marzu 2026, filwaqt li applikazzjonijiet mhux sottomessi permezz tas-sit elettroniku jintlaqgħu bejn l-4 u s-6 ta’ Marzu 2026 bejn it-8 ta’ filgħodu u s-sagħtejn ta’ waranofsinhar fl-Uffiċini ta’ Festivals Malta fil-Furjana.

Konkors Għal Fatti Dwar ir-Reġjun Port. Biex tapplika, ara l-informazzjoni mehmuża fir-Regolamenti u sib aktar informazzjoni hawn.