Rakkonti tar-Reġjun tal-Port

Inizjattiva tal-Fondazzjoni għall-Ġid Soċjali
Rakkonti jiġbor flimkien lit-tfal u lill-anzjani minn madwar ir-reġjun permezz ta’ rakkontar ta’ stejjer, kitba u illustrazzjoni. Is-sessjonijiet, li jsiru fl-iskejjel u fid-djar tal-anzjani mill-ħaddiema tal-FSWS, jistiednu lill-anzjani jaqsmu oġġetti personali, memorji u esperjenzi tal-ħajja mat-tfal u mal-ħaddiema, li jiġu mħeġġa jistaqsu mistoqsijiet u jidħlu f’djalogu. Dawn l-iskambji jiġu traskritti b’attenzjoni sabiex l-istejjer jinżammu hekk kif jitfaċċaw.
Wara dan, tiġi organizzata sessjoni ta’ segwitu ma’ artist professjonali fl-iskejjel, li tagħti lit-tfal l-opportunità jiżviluppaw il-ħiliet kreattivi tagħhom u jikkontribwixxu għad-disinn viżiv ta’ pubblikazzjoni li jiġbor u jiddokumenta l-proċess kollu.
Lil hinn mit-tisħiħ ta’ rabtiet sinifikanti bejn il-ġenerazzjonijiet iż-żgħar u l-akbar fl-età, Rakkonti jinkludi wkoll bini ta’ kapaċità għall-FSWS, billi joffri appoġġ fil-qasam tar-rakkontar ta’ stejjer, l-istorja orali u x-xogħol soċjali. Permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ entitajiet rilevanti, il-proġett jesplora kif dan l-outreach jista’ jsaħħaħ il-parteċipazzjoni soċjali u l-inklużjoni tal-anzjani fil-11-il lokalità tar-Reġjun tal-Port.
An initiative by the Port Regional Council and the Foundation for Social Wellbeing

Rakkonti brings together children and elderly residents from across the region through storytelling, writing, and illustration. The sessions, held in schools and in elderly homes by FSWS workers, invite elderly participants to share personal objects, memories, and life experiences with children and staff, who are encouraged to ask questions and engage in dialogue. These exchanges are carefully transcribed to preserve the stories as they emerge. Following this, a follow-up session is organised in schools with a professional artist, giving children the opportunity to develop their creative skills and contribute to the visual design of a publication that gathers and documents the entire process.
Beyond strengthening meaningful connections between younger and older generations, Rakkonti also includes capacity-building for FSWS by offering support in storytelling, oral history, and social work. Through collaboration with relevant entities, the project explores how this outreach can strengthen the social participation and inclusion of elderly residents across the 11 localities of the Port Region.

