Sitt xhur nieqes jum

Dramm f’att wieħed bil-Malti ta’ Michael Piscopo
PAUL, xufier tal-vann, u martu MARIANNE, mara tad-dar, jgħixu f’appartament mikri fl-inħawi tal-Port, flimkien ma’ binthom RITIENNE li taħdem il-bank u binhom JULIAN li għadu jmur l iskola. Jum wieħed jirċievu ittra reġistrata fejn jiġu infurmati li se jkollhom jiċċaqalqu u jsibu post ieħor fejn joqogħdu. Din l-aħbar xokkanti se jkollha riperkussjonijiet serji fuq il-membri kollha tal-familja Cassar għax se taqilbilhom ħajjithom ta’ taħt fuq. JOSEPH, sid il-kera, jiġi jżurhom biex jispjega l-veduti tiegħu dwar dak li seħħ. Ma jiġix idu f’idu, għax miegħu iġib rigal. Tgħid jirnexxilu jikkonvinċihom Joseph li din mhix ħaġa personali? Tgħid hemm xi xaqq ta’ dawl? Jew dak li hemm miktub ma jistax jitħassar? Naraw x’se jiġri flimkien mal-ĠOWKER – il-gwida newtrali li jgħin lill-udjenza tifhem u tqis il-fatti. Sadanittant, l-arloġġ diġa’ beda jdur. Fadal biss SITT XHUR NIEQES JUM… Produzzjoni ta’ ZARARTI . Imtella’ mir-Reġjun Port bħala parti mill-Proġett Nexus – 2026

