Plejbek

Event Date:
October 2, 2026 - October 4, 2026
@ 12:00 am
Location
Bormla


 

Plejbek hija inizjattiva ta’ teatru interġenerazzjonali li tlaqqa’ atturi emerġenti mir-Reġjun tal-Port permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ Ċentru Tbexbix. Taħt id-direzzjoni t’Yvette Grech Buhagiar, l-inizjattiva ġiet żviluppata wara numru ta’ sessjonijiet ta’ ‘method acting’, riċerka u diskussjoni diretta mar-residenti anzjani u zagħzagħ fil-Kottonera u fir-Reġjun Port, b’attenzjoni partikolari għall-esperjenzi tan-nisa.
Il-kunċett huwa sempliċi iżda qawwi: l-atturi żgħażagħ jieħdu fuqhom l-istejjer tal-ġenerazzjonijiet anzjani, filwaqt li l-parteċipanti anzjani jirriflettu fuq ir-realtajiet u l-kundizzjonijiet li jiffaċċjaw iż-żgħażagħ illum. Permezz ta’ din il-bidla fir-rwoli, il-konfini bejn il-ġenerazzjonijiet jibdew jinħallu u f’posthom jinħoloq spazju t’empatija u ta’ rikonoxximent. 
Plejbek jistieden lill-udjenzi biex jaraw x’jiġri meta ġenerazzjonijiet differenti jaraw id-dinja minn għajnejn xulxin.
🕡 Ħin: 1 produzzjoni fit-8 PM u t-tieni fis-7 PM
Meta se ssir?
📍 Sala tal-Banda San Ġorġ, Bormla
📅 Il-Gimgha 2 ta’ Ottubru fit-20:00
📅Il-Hadd 4 ta’ Ottubru fis-19:00