Sitt xhur nieqes jum (Paola)

Event Date:
July 21, 2026
@ 10:00 am - 1:00 pm
Location
MCAST Main Campus
Triq Kordin (Corradino Hill)
Paola
Malta

Dramm f’att wieħed bil-Malti ta’ Michael Piscopo PAUL, xufier tal-vann, u martu MARIANNE, mara tad-dar, jgħixu f’appartament mikri fl-inħawi tal-Port, flimkien ma’ binthom RITIENNE li taħdem il-bank u binhom JULIAN li għadu jmur l iskola. Jum wieħed jirċievu ittra reġistrata fejn jiġu infurmati li se jkollhom jiċċaqalqu u jsibu post ieħor fejn joqogħdu. Din l-aħbar xokkanti se jkollha riperkussjonijiet serji fuq il-membri kollha tal-familja Cassar għax se taqilbilhom ħajjithom ta’ taħt fuq. JOSEPH, sid il-kera, jiġi jżurhom biex jispjega l-veduti tiegħu dwar dak li seħħ. Ma jiġix idu f’idu, għax miegħu iġib rigal. Tgħid jirnexxilu jikkonvinċihom Joseph li din mhix ħaġa personali? Tgħid hemm xi xaqq ta’ dawl? Jew dak li hemm miktub ma jistax jitħassar? Naraw x’se jiġri flimkien mal-ĠOWKER – il-gwida newtrali li jgħin lill-udjenza tifhem u tqis il-fatti. Sadanittant, l-arloġġ diġa’ beda jdur. Fadal biss SITT XHUR NIEQES JUM… Produzzjoni ta’ ZARARTI . Imtella’ mir-Reġjun Port bħala parti mill-Proġett Nexus – 2026

SIX MONTHS MINUS ONE DAY

A one-act play in Maltese by Michael Piscopo PAUL, a van driver, and his wife MARIANNE, a housewife, live in a rented apartment in the Harbour area, together with their daughter RITIENNE who works at a bank and their son JULIAN who is still going to school. One day they receive a registered letter informing them that they will have to move and find another place to live. This shocking news will have serious repercussions on all the members of the Cassar family whose lives will be turned upside down. JOSEPH, the landlord, visits them unexpectedly to explain his views on what happened. He does not come empty-handed, but brings along a small gift. Will Joseph manage to convince them that this is not something personal? Is there some ray of hope for a happy ending to the story ? Or is it that which is written impossible to erase? We’ll see what happens along with the JOKER – the neutral guide who helps the audience understand and consider the facts. Meanwhile, the clock is already ticking. All that’s left are SIX MONTHS MINUS ONE DAY… Produced by ZARARTI . Organised by the Port Region as part of the Nexus Project – 2026

Get Directions